Saturday, September 7, 2024

Schalke bi problemi kbar

Aqra wkoll

Il-club Ġermaniż ta’ Schalke 04 xejn m’hu għaddej minn mument tajjeb fejn wara li reġa’ ġie relegat għat-tieni diviżjoni tal-pajjiż, issa jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

Id-diriġenti tal-klabb għadhom kemm neħħew lil Thomas Reiss minn kowċ iżda għadhom ma sabux kowċ ieħor sabiex imur minfloku.

L-ogħla awtoritajiet tal-klabb ikkuntattjaw lil Raul Gonzales Blanco, magħruf bħala Raul li kien għamel żmien bħala plejer magħhom. Dan tal-aħħar bħalissa jinsab imexxi lil Real Madrid Castilla u kien qed jipponta li jmur kowċ ta’ Villareal. Wieħed issa jara x’se jkun il-pass li jmiss.

Ekonomija

Sport