Saturday, December 21, 2024

Schiavone dawwar ħsiebu u mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Lura f’Awwissu li għadda meta kkuntattjat minn dan is-sit rigward jekk huwiex se jikkontesta l-elezzjoni Ġenerali li jmiss mal-Partit Nazzjonalista, id-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone kkonferma li flimkien ma’ sħabu d-Deputati u Kandidati attenda għal teħid ta’ ritratti li kellhom jintużaw mill-partit matul il-kampanja. 

Huwa kien għamilha ċara li fix-xhur ta’ qabel kien inattiv minħabba intervent mediku li għamel u spjega li wieħed jista’ jifhem li kien jeħtieġ perjodu biex jirkupra saħħtu u jkun jista’ jkompli fejn ħalla qabel.

Minkejja dan, fl-aħħar ħin id-Deputat Nazzjonalista kkonferma li f’laqgħa li kellu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech fil-ġranet li għaddew iddiskuta miegħu d-deċizjoni tiegħu li wara din il-leġiżlatura ser jirtira mill-politika elettiva.

Schiavone ddeskriva f’summarju l-esperjenza tiegħu fil-politika bil-vjaġġ tiegħu li beda 40 sena ilu meta kien għad kellu biss 16-il sena. Intant “fl-2017 il-poplu tal-ħames distrett tani l-akbar privileġġ, dak li nirrappreżentah fil-parlament”, kompla Schiavone.

Il-vjaġġ tiegħu għenu biex ikompli jistudja u jirriċerka dwar is-sistemi elettorali u kiseb dottorat mill-Universitá ta’ Manchester.

Filwaqt li sostna li dejjem ħaseb kif l-aħjar li jservi lin-nies, Schiavone qal li wara li xtarr sewwa kif l-aħjar li jservi fiż-żmien li ġej, wasal għall-konklużjoni li l-aħjar mod ikun li joħloq spazju għal demm ġdid fil-partit u fil-parlament.

Schiavone temm jgħid li din id-deċiżjoni hija komfortata mill-fatt li kandidat fuq il-ħames distrett minfloku se jkun qiegħed jikkontesta l-Kap tal-Partit Bernard Grech.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport