Monday, December 23, 2024

Scott Muscat champion tad-Dinja tal-Pool

Aqra wkoll

Scott Muscat huwa ċ-champion tad-dinja tal-pool tal-kategorija ta’ taħt il-25 sena.  Fil-kampjonati mondjali tal-pool li saru gewwa Killarney, l-Irlanda, il-player Malti għeleb l-isfida tal-player Ingliż Luke Gilbert bl-iskor ta’ 8-7.  Iż-żewġ players kellhom prestazzjoni mill-aqwa u kien biss l-aħħar frame li ta r-rebħa lil Muscat. Dan kien it-tieni suċċess internazzjonali għal Muscat wara li fis-sena 2018 rebaħ il-Kampjonati Ewropej tal-kategorija Under 23’s.  

Il-Malta Pool Association kienet rappreżentata bi tliet timijiet f’dawn il-kampjonati fejn it-tim tal-Under 25’s wasal sal finali tal-kategorija fejn tilef kontra l-Irlanda bl-iskor ta’ 5-2.  It-tim Malti tal-Over 50’s ukoll kellu prestazzjoni tajba meta rnexxielu jasal sas-semi finali fejn gie eliminat mit-tim nazzjonali tal-Indja filwaqt li t-tim tal-Irgiel tilef fil-kwarti tal-finali kontra Franza. 

Il-players Maltin Antoine Aquilina u Ray Caruana waslu sal-finali tal-kompetizzjoni doubles tal-Over 50’s filwaqt li Dejan Grech rebaħ l-unur tal-Player of the Tournament tal-kategorija Under 25’s. 

Gary Carr u Clayton Castaldi ġew magħżula fil-World Team 2022 li jkun kompost mill-aħjar seba’ players matul il-kampjonati tat-timijiet. 

Il-Malta Pool Association irringrazzjat lill-kontinġent Malti kollu għar-riżultati pożittivi miksuba f’ dawn il-kampjonati.

Ekonomija

Sport