Wednesday, December 25, 2024

Se jerġa’ jittella’ l-Mediterrane Film Festival

... It-tieni edizzjoni se ssir bejn it-23 u d-29 ta’ Ġunju 2024

Aqra wkoll

Wara s-suċċess miksub fl-edizzjoni ta’ din is-sena, tħabbar li l-Mediterrane Film Festival se jerġa’ jsir is-sena d-dieħla. F’konferenza li ttellgħet lejlet il-Golden Bee Awards, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech ħabbar li t-tieni edizzjoni ta’ dan il-festival se jsir bejn it-23 u d-29 ta’ Ġunju 2024.

“Is-suċċess tal-ewwel edizzjoni ta’ dan il-Festival jinsab fl-ispirtu ta’ għaqda, opportunitajiet għal kollaborazzjoni u l-qsim ta’ stejjer inkredibbli permezz tal-films,” qal Grech.

“Huwa pjattaforma importanti għall-professjonisti fi ħdan din l-industrija f’Malta u anke lil hinn biex juru t-talenti, l-istejjer u l-ideat tagħhom fl-istess waqt li jidħlu f’taħditiet dwar il-futur ta’ din l-industrija tagħna.”

Huwa żied jgħid ukoll li l-ewwel festival serva ta’ hub għall-kreattività u l-kollaborazzjoni filwaqt li t-tieni festival se jkun opportunità għall-professjonisti tal-industrija biex jerġgħu jingħaqdu flimkien u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom flimkien filwaqt li jrawmu sens ta’ għaqda fid-dinja tal-films.

Meta kien qed jitkellem dwar il-futur tal-industrija tal-films f’Malta, il-Kummissarju tal-Films għamel referenza għall-viżjoni li għandhom għal pajjiżna, dik li Forti Rikażli tiġi mibdula f’“Belt tal-Films”.

Fil-fatt, Malta diġà stabbilixxiet lilha nfisha bħala “protagonista ewlenija” fl-industrija tal-film globali, permezz tal-istorja unika, l-arkitettura u l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-qalba tal-Mediterran.

Ekonomija

Sport