Tuesday, December 24, 2024

“Se jingħata sinjal ċar biex aktar persuni jibqgħu fis-suq tax-xogħol fil-budget li jmiss”

Aqra wkoll

Fil-budget li se jkun qed jitressaq fil-11 ta’ Ottubru, se jkun qed jingħata sinjal ċar fuq medda ta’ snin biex aktar persuni li jaqbżu s-60 sena jibqgħu fis-suq tax-xogħol.

Dan intqal mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana meta mistoqsi mill-President tal-General Workers Union Victor Carachi waqt il-preżentazzjoni tad-dokument qabel il-budget.

Meta l-President tal-GWU Victor Carachi tkellem fuq l-anzjani li juru x-xewqa li jibqgħu fis-suq tax-xogħol anke wara li dawn jagħlqu s-60 sena, il-Ministru Caruana qal li apparti li se jingħata sinjal ċar, qal li jridu jaraw kif ladarba teżisti din is-sitwazzjoni, jagħmlu l-aħjar użu minn din ir-riżorsa u kif l-aħjar jinċentivaw biex l-anzjani jibqgħu fis-suq tax-xogħol.

Ekonomija

Sport