Monday, April 29, 2024

“Se nżidu l-pensjonijiet filwaqt li nħeġġu lil dawk li jifilħu biex ikomplu jaħdmu”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt il-preżentazzjoni tad-dokument qabel il-budget, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal li l-Covid-19 preżentat sfida li ilna ma naraw bħalha sa mit-tieni gwerra dinjija. Caruana qal li meta fil-ħajja jkun hawn mumenti bħal dawn, dak li jkun jistaqsi x’jixtieq jagħmel biex itejjeb il-futur tiegħu. Hawnhekk il-Ministru spjega dwar it-tema “X’pajjiż tixtieq tħalli lil uliedek?”

Il-Ministru qal li ilu jgħid għal dawn l-aħħar xhur kif pajjiżi oħra se jkollhom jgħollu t-taxxa għax il-pajjiż ma jistax jagħmel mod ieħor biex jagħmel tajjeb għall-piż.

“Sakemm inkunu bil-għaqal pajjiżna se jkun dak il-pajjiż li mhux se jsewgwi dik it-trajjetorja. Pajjiżna m’għandux għalfejn iżid il-piż tat-taxxi għax il-mutur ekonomiku matul dawn l-aħħar snin kien it-tieni l-aktar b’saħħtu fl-Unjoni Ewropea”, spjega Caruana.

Il-Ministru qal li pajjiżna kien deċiżiv u minkejja li jeħtieġ ħafna kuraġġ biex ittella’ d-defiċit, iżda t-tkabbir ekonomiku għal pajjiżna skont kif qiegħda tbassar l-Kummissjoni Ewropea, fix-xhur li ġej se jkun qiegħed jaqbeż bil-kbir lil dak ta’ pajjiżi oħra fl-UE.

Il-Ministru fakkar li dawk il-mexxejja li għażlu li jħallu l-ekomomija għal riħha u ma kinux deċiżivi, it-tkabbir ekonomiku li segwa wara kien dgħajjef u għalhekk aħna tgħallimna u morna għal deċiżjonijiet bħal dawn li swewna l-miljuni biex is-suq tax-xogħol tagħna baqa’ f’saħħtu.

Il-Ministru Caruana qal li l-pandemija se tkun ġiet tiswa’ lil dan il-pajjiż €1.5 biljun iżda dan il-gvern ma jasal qatt jgħid li ħlejna l-flus iżda kienet l-aħjar deċiżjoni li qatt setgħet ittieħdet għax grazzi għal dan l-ammont kbir li ntefaq, fil-baġit li ġej ma setax ikun f’pożizzjoni li jħabbar dak li ħafna nies ikunu qegħdin jistennew.

Rigward il-programm tat-tilqim, Caruana qal li għad hemm pajjiżi li qed jissaraw biex ilaqqmu lin-nies tagħhom. Huwa fakkar li pajjiżna mhux biss laqqam aktar minn 90 fil-mija tan-nies, iżda llum ninsabu f’pożizzjoni fejn daqsxejn ta’ pajjiż kapaċi jgħin lil pajjiżi oħra ferm akbar biex ilaqqmu lin-nies tagħhom.

Rigward il-pensjonijiet, Caruana qal li fil-passat kellek ir-raġel biss li jaħdem u għalhekk għandek il-maġġoranza tal-familji anzjani li jirċievu pensjoni waħda biss. 

Huwa spjega li llum il-piż tal-pensjonijiet qed joqrob lejn il-biljun Ewro, iżda hemm riżorsi u dan il-gvern se jkompli jżid ir-riżorsi biex dan il-budget ikompli jiffoka fuq dan il-qasam.

Il-Ministru qal li llum in-nies l-interess tagħhom imur lil hinn mill-ħajja materjali u qiegħda tingħata importanza lill-ambjent u dan il-budget se jkun l-ewwel wieħed minn numru ta’ sinjali tal-ammont ta’ miljuni li se jintefqu biex ikollna ambjent li jippermettielna saħħa aħjar.

Fejn tidħol is-saħħa, il-Ministru qal li għal darba oħra pajjiżna se jżid il-mediċini fil-formularju tal-gvern li se jkomplu jgħinu lil dawk kollha li jiġu bżonnhom.

Sport