Saturday, December 21, 2024

Se jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ ħruq ta’ vettura fil-Marsa

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet mill-Pulizija mid-Dipartiment tal-Arsons Unit, flimkien mad-Distrett tal-Ħamrun, wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 38 sena residenti l-Ħamrun, b’rabta ma’ ħruq ta’ vettura. 

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak. 

Il-każ seħħ is-17 ta’ Marzu li għadda, meta għal xi t-3:00 a.m, il-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu jassistu fi Triq il-Bajjada, il-Marsa peress li kien hemm vettura qed taqbad. 

Wara li ntfew in-nirien, minnufih bdew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija filwaqt li ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ħatret inkjesta. Mill-istħarriġ li sar u wara li ġew analizzati diversi filmati minn kameras tas-sigurtà, irriżulta li l-karozza, Toyota IQ, ingħatat in-nar. 

L-investigazzjonijiet wasslu sabiex ġiet identifikata l-persuna li allegatament wettqet dan ir-reat u ġie arrestat lbieraħ filgħodu. 

Ekonomija

Sport