Wednesday, December 25, 2024

Se jkun iċċarat tħassib ġenwin b’rabta mal-emenda li tipproteġi s-saħħa tal-omm fit-tqala

Aqra wkoll

Rigward tibdil fl-emenda li tipproteġi s-saħħa tal-mara f’każi fejn il-kundizzjoni tagħha tkun f’periklu gravi li titlef ħajjitha l-Ministru qal l-gvern qiegħed jisma’ u qiegħed jara li hemm żewġ preokkupazzjonijiet ġenwini.

Huwa qal li fi stadju ta’ kumitat se jkunu qegħdin kjarifikati xi affarijiet. Fosthom se jkun żgurat li jkun ovvju u ċar li tarbija li tkun tista’ titwelled u tgħin indipendentament mill-omm, dik trid titwelled u tgħix. Huwa qal li dan kollu huwa miġbur fit-terminu vijabbiltà.

Bidla oħra se tkun qiegħda tara li tindirizza t-tħassib ta’ dawk li għadhom jemmnu li jista’ jkun hemm tobba li jaslu jabbużaw. Huwa qal li filwaqt li l-gvern jafda fit-tobba, se jkunu proposti tibdiliet li jneħħu l-possibbiltà li jkollok tobba li jabbużaw minn din is-sitwazzjoni.

Ekonomija

Sport