Wara numru ta’ rapporti li saru fil-ġimgħat li għaddew dwar id-dniefel ta’ Mediterraneo Marine Park, il-Ministeru għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali ikkummisjona studju investigattiv fejn se jsir analiżi minn esperti barranin fuq il-kundizzjonijiet ta’ dan iċ-Ċentru.
Dan iddikjaratu is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said f’kitba fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.
Bugeja Said spjegat li din l-evalwazzjoni se tinkludi diversi aspetti relatati mal-faċilitajiet kif ukoll mal-kura u s-saħħa tad-dniefel miżmuma hemmhekk.
Irrimarkat li wara din l-evalwazzjoni, l-esperti se jippreżentaw rapport b’rakkomandazzjonijiet, sabiex ikun jista’ jittieħed il-pjan meħtieġ għall-pass li jmiss.
Tenniet tgħid; “se nkun qed insegwi din l-investigazzjoni mill-qrib sabiex jiġi żgurat li kull annimal jinżamm f’kundizzjonijiet xierqa u li jiġu osservati l-ogħla standards ta’ benesseri”