Sunday, November 24, 2024

“Se mmorru għall-elezzjoni b’wiċċna minn quddiem” – Robert Cutajar

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-Parlament, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li jinsab fiduċjuż li tiġi meta tiġi l-elezzjoni, il-poplu Malti se jkun qed juża moħħu, se jkun qed jifhem u jibgħat messaġġ ċar anke fis-skiet li pajjiżna jixraqlu ħafna aħjar u li ma rridux nibqgħu f’dan l-ambjent. Huwa qal ukoll li spiċċa ż-żmien tal-arroganza.

“Tiġi meta tiġi l-elezzjoni aħna fiduċjużi, ottimisti li bil-programm li se nkunu qed nippreżentaw il-poplu Malti se jkun qed jagħmel l-għażla t-tajba. Aħna preparati, lesti u tiġi meta tiġi se mmorru għall-elezzjoni b’wiċċna minn quddiem,” qal Cutajar li saħaq li l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda tippreżenta programm li jagħmel sens, li jkun qed ibiddel id-direzzjoni ta’ dan il-pajjiż. 

Sport