Friday, October 11, 2024

“Se nara li l-permess tal-Gozo Airfield ikun approvat u jibda din is-sena stess”

Aqra wkoll

“Irrid nara li l-permess tal-Gozo Airfield fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Lambert fix-Xewkija ikun approvat din is-sena, u din is-sena stess nibdew dan il-proġett tal-ewwel xorta tiegħu li se jpoġġi lil Għawdex fuq il-mappa tal-avjazzjoni Mediterranja”. Iddikjara dan il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri meta fil-Parlament kienu qegħdin jiġu diskussi l-estimi finanzjarji tal-budget 2024 għall-Ministeru li tiegħu huwa responsabbli.

Il-Ministru Camilleri kompla biex jgħid li wara l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, qegħdin jiġu ffinalizzati l-istudji bħala parti mill-proċess biex tiġi approvata l-applikazzjoni għall-iżvilupp. Permezz ta’ dan il-proġett se tkompli titjieb il-konnettività ta’ Għawdex u jinfetħu l-bibien għal niċeċ ġodda fosthom l-ittestjar ta’ drones, sky diving u l-iskejjel tal-bdoti.

Sport