Tuesday, April 30, 2024

“Se nattendi għall-Kumitat f’ġurnata konvenjenti għall-partijiet kollha”

Aqra wkoll

L-eks Ministru Konrad Mizzi qal li lbieraħ tard filgħaxija, Beppe Fenech Adami bagħat ‘jordnalu’ biex jattendi għall-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-lum.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Mizzi qal li mhux se joqgħod għal din l-arroganza. Żied jgħid li huwa d-dritt tiegħu li jkun assistit minn avukat tal-fiduċja tiegħu waqt il-laqgħa tal-Kumitat, u qal li dan ma jistax iseħħ illum minħabba l-fatt li l-avukat mhux disponibbli llum stess, ħabta u sabta u mingħajr preavviż xieraq.

“Għażiż Beppe, għal kumitat se nattendi, serraħ rasek, f’ġurnata konvenjenti għall-partijiet kollha. Mhux se nħallik tagħmel dan il-kumitat eżerċizzju politiku pariġġjan biex joskura l-ħidma tal-Gvern Laburista u joskura l-benefiċċji li ta dan il-proġett, fosthom r-roħs tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, t-tnaqqis fl-emissjonijiet fl-arja, u l-għeluq tal-Power Station,” temm jgħid Mizzi.

Sport