Monday, May 20, 2024

Covid-19: 20 każ ġdid u jfiqu 30 persuna oħra – tliet persuni l-ITU

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 20 każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li kien hemm 30 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huwa ta’ 262.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 459 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19.

Bħalissa f’Mater Dei hemm 14-il pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 858,858 doża tal-vaċċin li minnhom 38,254 kienu l-ewwel doża.

Sport