Saturday, December 21, 2024

“Se nibqa’ hemm u se nitlob mandat biex nibqa’ mmexxi lill-PN”

Aqra wkoll

Jgħid dan il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech 

“Se nibqa’ naħdem u naħdem bis-sħiħ. Se nibqa’ hemm. Se nibqa’ nagħti s-servizz tiegħi. Se nibqa’ nagħti ħilti kollha. Fil-ġimgħat li ġejjin, se mmur quddiem l-istrutturi tal-partit biex nitlob mandat b’saħħtu biex nibqa’ mmexxi lill-PN biex flimkien noffru gvern alternattiv fis-snin li ġejjin.”

Stqarr dan il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fl-ewwel reazzjoni tiegħu għat-telfa li ġarrab il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali. Huwa qal li ftit tal-minuti ilu ċempel lil Robert abela u kkonċeda r-rebħa lill-Partit Laburista.

Grech qal li madankollu, huma pparteċipaw u li minkejja t-telfa, ‘il-PN għadu b’saħħtu u għadu hemm.” Huwa rringrazzja lill-votanti li għażlu u taw il-fiduċja lill-PN u tenna li l-PN għamel kampanja pożittiva li permezz tagħha wassal il-viżjoni tiegħu. 

Ekonomija

Sport