Sunday, December 22, 2024

“Se nibqa’ naħdem biex ma nħallihom qatt idaħħlu firda fil-pajjiż”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sadanittant, il-Prim Ministru waqt l-attività politika f’Għawdex tkellem ukoll dwar deċiżjonijiet ibsin li kellu jieħu l-gvern biex bħala pajjiż stajna nibqgħu mexjin ‘il quddiem. “Miż-żminijiet diffiċli tal-pandemija fejn qalulna li se jkollna eluf kbar ta’ nies qiegħda, sa żmien meta, spiċċajna fil-lista l-griża u ħriġna minnha fi żmien rekord għax konna bilgħaqal u rranġajna fejn kellna nirranġaw saż-żmien li għaddejjin minnu fejn għaddejja gwerra fir-reġjun tagħna li ħolqot sfida enormi fil-prezzijiet tal-enerġija.”

Tenna li quddiem dawn l-isfidi qatt ma ntweriet dgħufija jew arroganza. “Dejjem konna realistiċi man-nies. Dejjem żammejna saqajna mal-art. L-oppożizzjoni dejjem ipprovaw jużaw dawn il-mumenti ta’ sfidi biex jipprovaw idaħħlu firda fil-pajjiż.”

“Se nibqa’ naħdem bis-saħħa biex ma nħallihom qatt u qatt idaħħlu firda fil-pajjiż, biex ifixklu s-serenità f’pajjiżna. Daqstant ieħor ċert li la Bernard Grech u lanqas l-establishment li jmexxi l-PN ma jistgħu qatt iġibu l-bidla pożitiva meħtieġa biex il-pajjiż jibqa’ miexi ‘il quddiem.” Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru enfasizza li l-għaqda hi meħtieġa biex nibqgħu niggarantixxu serenità, stabbiltà u ċertezza.

Huwa semma wkoll id-diskussjoni parlamentari li saret it-Tnejn li għadda dwar is-sentenza li tat il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet. Qal li fl-intervent tiegħu huwa ppreżenta l-fatti kif inhuma, x’passi ttieħdu u se jkunu qed jittieħdu għall-futur.

Huwa iżda rrikonoxxa li s-sentenza għadha mhix definittiva, hekk kif jidher li se tkun qed tgħaddi mill-għarbiel tal-Qorti tal-Appell Superjuri. Semma kif saret talba biex jonqos iż-żmien li fih jista’ jitressaq l-appell, bil-Qorti tilqa’ t-talba u naqqset dan iż-żmien b’terz. Fl-eventwalità li jsir appell, il-Gvern se jitlob li dan jinstema’ b’urġenza.

Ekonomija

Sport