Sunday, December 22, 2024

“Se nibqgħu ngħożżu l-imħabba li wrejtna … Strieħ fis-sliem qalbi”

Bint Joseph Attard issellem il-memorja tiegħu

Aqra wkoll

“Ninsabu kompletament maħsudin. M’għandniex kliem biex nesprimu d-dieqa li ħallejt bl-aħbar xokkanti ta’ dalgħodu”. Hekk bdiet biex issellem il-missierha bint Joseph Attard – ir-raġel li aktar kmieni dal-lejl tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi.

Bintu kompliet biex tiddeskrivih bħala raġġ ta’ dawl f’ħajjithom li qatt mhu se jbatti. Hija rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li ħasbu fil-familja tagħha f’dan iż-żmien diffiċli.

L-inċident seħħ aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 a.m meta l-vittma – ta’ 56 sena residenti Ħaż-Żebbuġ kien qiegħed isuq fi Triq is-Swieqi meta għal xi raġuni spiċċa maħbut f’xi residenzi.

B’rabta mal-każ għaddejja inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport