Saturday, May 18, 2024

Tifel bi ġrieħi gravi wara ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Tifel ta’ 4 snin sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-5.00, intlaqat minn vettura fi Triq l-Isqof Scicluna, Ħal Qormi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa ntlaqat minn vann Isuzu KB misjuq minn raġel ta’ 65 sena residenti Ħal Qormi stess.
Tim mediku assista lit-tifel u minnufih ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadħom għaddejjin.

Sport