Saturday, May 4, 2024

Raġel jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tat-3.00am meta l-Pulizija ġew informati li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq is-Swieqi, Swieqi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li vettura Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ħabtet f’xi residenzi fl-imsemmija triq.

Ftit ħin wara l-inċident, fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku. Ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara huwa kien iċċertifikat mejjet.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport