Tuesday, December 24, 2024

“Se niċċelebraw li daħħalna liġi li toqtol lit-tfal fil-ġuf?”

L-Arċisqof Charles J. Scicluna

Aqra wkoll

“X’jiswa li aħna nżejnu d-djar tagħna u ngħidu li se nagħmlu l-parties għall-Milied? X’se niċċelebraw? Niċċelebraw li daħħalna liġi li toqtol lit-tfal fil-ġuf?” Staqsa dan l-Arċisqof Charles J. Scicluna meta fl-omelija tiegħu fl-Ewwel Ħadd tal-Avvent irrefera għall-emenda li se tiġi diskussa fil-Parlament li se tipproteġi lill-omm f’każ ta’ kumpilazzjoni fit-tqala. 

L-Arċisqof Scicluna qal li l-membri parlamentari fil-jiem li ġejjin se jkollhom quddiemhom din l-emenda li fi kliemu “jekk ma tinbidilx tista’ ddaħħal l-abort f’pajjiżna.” Huwa nsista li dan mhux il-mod ta’ kif aħna nistennew it-twelid ta’ tarbija.

Huwa żied jenfasizza li: “Aħna nixtiequ li kull tarbija, ġiet kif ġiet, fid-dinja. Il-ħajja prezzjuża wisq. Min jien jien, li nċaħħad lil kreatura li bdiet teżisti miċ-ċans li tgħix? Naf li jkun hemm ċirkostanzi iebsa għal ħafna nisa. Imma l-proposta tal-liġi tgħid li għal kwistjonijiet tas-saħħa tal-omm, inti tista’ toqtol it-tarbija. Għandek toqtol lil xi ħadd għax theddida għas-saħħa tiegħek?”

Ekonomija

Sport