Sunday, October 27, 2024

“Se nivvutaw le… madanakollu nawguralu għax nifhem li xorta waħda se jiġi elett”

Bernard Grech għall-mozzjoni tal-PM Robert Abela dwar il-ħatra ta' Anġlu Farrugia bħala Speaker

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kien ikun aħjar li kieku fl-ewwel lok kien ikun hemm konsultazzjoni dwar din il-ħatra, anke per konsistenza, din in-naħa tal-Kamra se tkun qiegħda tivvota le minħabba nuqqas ta’ imparzjalità li fl-opinjoni tagħna saret fil-leġislatura li għaddiet min-naħa tal-Ispeaker Anġlu Farrugia”. Sostna dan fl-ewwel intervent tiegħu fil-parlament f’din il-leġislatura l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Huwa qal dan waqt ir-rimarki għall-mozzjoni mressqa mill-Prim Ministru Robert Abela li ppropona lil Anġlu Farrugia bħala l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati.

Minkejja dan il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech Awgura lil Farrugia għall-ħatra tiegħu u awguralu li f’din il-leġislatura jkun qed iwettaq dmiru billi jkun parzjali skont kif titlob il-kostituzzjoni.

Sport