Sunday, December 22, 2024

“Se nkomplu niftħu aktar ċentri li joffru servizzi tas-saħħa fil-komunità”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed iwieġeb għad-domanda tad-Deputat Parlamentari Laburista Jean Claude Micallef b’rabta mal-possibilità tal-ftuħ ta’ berġa tas-saħħa f’Marsaskala, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega li matul dawn l-aħħar sentejn u nofs infetħu madwar 14-il waħda madwar Malta u Għawdex. Il-Ministru tas-Saħħa spjega li fil-ġimgħat li ġejjin se jkomplu jinfetħu aktar bereġ u fil-ġimgħat li ġejjin.

Fearne ħabbar li x-xahar li ġej se jkun qiegħed jinfetaħ ċentru komunitarju tas-saħħa f’Santa Luċija, għaddej ix-xogħol f’Ta’ Ġiorni, għaddej ix-xogħol f’Marsaskala, beda x-xogħol f’Ħal Tarxien, ċentru tas-saħħa kbir fir-Rabat Għawdex li se jilqa’ l-ewwel pazjenti f’Marzu li ġej u xogħlijiet oħra ta’ rinnovar li għaddej biex ikompli jitjieb il-livell tas-servizz mogħti.

Fearne qal li din is-sistema ta’ kura mill-komunità tiswa ħafna inqas milli tiswa jekk tingħata mill-Isptar. Barra milli huwa konvenjenti li l-individwu jingħata l-kura mill-komunità, il-Ministru spjega li dawn is-servizzi jgħinu biex il-mard jinqabad fi stadju aktar bikri u b’hekk il-fejqan ikun jista’ jibda minn qabel jiżdiedu ċertu kumplikazzjonijiet.

Huwa sostna wkoll li l-ħsieb huwa li f’kull belt u raħal madwar Malta u Għawdex jkun hawn dawn is-servizzi tant importanti li qegħdin ikomplu jtejbu l-livell tal-ħajja tan-nies.

Ekonomija

Sport