Wiċċ ġdid ieħor għall-Partit Nazzjonalista huwa Stanley Zammit li ġie elett fuq il-ħames distrett elettorali.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara li ġie elett, Stanley Zammit qal li se jkun qiegħed juża l-esperjenza tiegħu mill-Kunsill, il-ħiliet tiegħu mill-professjoni u l-għarfien li kiseb mill-iskola tat-triq biex ikun jista’ joffri s-servizz tiegħu. Huwa temm jirringrazzja lil dawk kollha li wrew il-fiduċja tagħhom fih u wegħedhom li se jkun qiegħed isarraf din il-fidu ċja f’ħidma.
Nota: Il-Kandidati l-oħra eletti ma kinux preżenti għall-elezzjonijiet każwali u hija għal din ir-raġuni biss li m’aħniex qegħdin nippubblikaw il-kummenti tagħhom.