Il-Ħadd 25 ta’ Mejju mid-9.00 am ‘il quddiem, MMG Promotions fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar u Visit Malta, ser tkun qed torganizza edizzjoni oħra ta’ Żabbar Autofest.
F’din l-attività wieħed għandu l-opportunità li jara mill-viċin diversi tipi ta’ karozzi u muturi ta’ żminijiet u stili diversi, f’atmosfera mill-isbaħ ta’ mużika ġewwa waħda mit-toroq prinċipali ta’ Ħaż-Żabbar.
3 darbiet Champion fit-tiġrijiet ta’ reżistenza tas-serje Ewropea Le Mans, Louis Delétraz se jkun qed jingħaqad waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ The QuickLets – Zabbar Autofest 2025! Q&A live, intervisti esklussivi u sessjoni ta’ awtografi – se tkun esperjenza li wieħed ma јridx јitlef
Bħal snin oħra, waqt l-attività ser ikunu qed jinġabru donazzjonijiet għal kawżi ġusti. Din is-sena l-attività se ssir b’risq Chris Bonello, wieħed mill-fundaturi tal-avveniment li bħalissa qed jirkupra wara inċident ikrah li kellu bil-karozza.
L-avveniment ser ikun jittella fi Triq l-Aħħar Ħbit. Iżjed informazzjoni tista tinkiseb minn fuq il-paġna tal-grupp fuq Facebook, facebook.com/zabbarautofest.