Sunday, December 22, 2024

Se terġa’ tiġi organizzata t-tellieqa Dingli 10 li qed tiċċelebra t-30 sena anniversarju wara assenza ta’ sentejn

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu ser terġa’ tiġi organizzata t-tellieqa Dingli 10 li qed tiċċelebra t-30 sena anniversarju wara assenza ta’ sentejn minħabba l-pandemija. 

Dan l-avveniment prestiġjuż fil-kalendarju tal-atletika f’Malta organizzat nhar festa pubblika, jinkludi tlielaq u mixjiet f’distanzi ta’ 10 mili (16km), filwaqt li għal ewwel darba din is-sena qed tiġi introdotta d-distanza popolari ta’ 10km. Hemm ukoll attivita għall-familja kollha ta’ 2km. Ir-rotta ta’ kull distanza toffri mawra ma’ wħud mill-isbaħ xeni f’Malta fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli u r-Rabat, żewġ villaġġi sinonimi mal-ġmiel u l-paċi li kapaċi joffru permezz tal-karattru u l-kampanja li tiżboq l-inħawi. 

Ir-rotta hija wkoll magħrufa għall-isfida li toffri lill-parteċipanti ta’ dan l-avveniment. Għal darb’oħra, il-Fondazzjoni The Lisa Maria Foundation ingħaqdet ma’ St Patrick’s Athletic Club biex torganizza dan l-avveniment filwaqt li tqajjem iktar għarfien favur il-ħarsien u l-protezzjoni tat-tfal kif spjegat fis-sit elettroniku www.lisamaria-foundation.org. It-tlielaq qed isiru wkoll b’kollaborażzjoni ma’ Eurosport Malta, Garmin Malta, Jesper’s, Elmo Insurance, ORS Hydration Tablets Malta u Farsons Group. Kull tellieqa tibda u tispicca biswit Ġnien il-Ħaddiem, Ħad-Dingli u kollox jibda fit-8:00am. Għal aktar informazzjoni u registrazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ St. Patrick’s Athletic Club fuq facebook: www.facebook.com/StPatricksAthleticsClub.

Ekonomija

Sport