Tuesday, May 14, 2024

Ħames miljun persuna mingħajr elettriku fit-Tajwan

Aqra wkoll

Bliet maġġuri madwar it-Taj­wan, fosthom anke l-ka­pitali Taipei, spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku wara ħsarat li żvolġew f’impjant tal-enerġija. 

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, Wang Meihua, qalet li l-ħsarat żviluppaw f’impjant li jinsab fin-Nofsinhar tat-Tajwan u dan ħoloq sitwazzjoni “urġenti”. Hija tenniet li b’kollox hemm madwar ħames miljun persuna li jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku. 

F’konferenza tal-aħbarijiet li Wang tat, hija għamlet apoloġija għall-qtugħ tal-provvista u qalet li qiegħed isir dak kollu meħtieġ biex kollox jerġa’ lura għan-normal. Apparti dan kollu, kawża ta’ nuqqas ta’ provvista tal-elettriku, il-President Tsai Ing-wen kellha tikkanċella laqgħa virtwali li kien se jkollha mal-eks Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo.

Sport