Sunday, December 29, 2024

Se tibda tintlagħab partita bejn selezzjoni ta’ Liverpool-Man City-Man Utd kontra Arsenal-Chelsea-Tottenham?

Aqra wkoll

Fil-football kollox jista’ jseħħ. Mal-medda tas-snin il-logħba nbidlet drastikament fejn ġew introdotti regoli ġodda bis-salarji tal-players jogħlew eċċessivament.

Issa, is-sid ta’ Chelsea, Todd Boehly, issuġġerixxa li tintlagħab All Star Game bejn it-timijiet tat-tramuntana u dawk tan-nofsinhar tal-Ingilterra bħal ma jsir fil-basketball fl-Istati Uniti.

L-idea hija biex il-flus imorru għall-ġid tal-logħba fl-iżvilupp tal-grassroots.

Wieħed jista’ jimmaġina players ta’ Liverpool, Manchester City u Manchester United jilagħbu flimkien kontra dawk ta’ Arsenal, Chelsea u Tottenham.

Peró dan is-suġġeriment xejn ma ntlaqa’ tajjeb hekk kif l-ewwel li ġie mistoqsi dwar din l-idea kien il-coach ta’ Liverpool, Juren Klopp, fil-konferenza tal-aħbarijiet wara rebħa ta’ 2-1 fuq Ajax valida mill-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League.

Klopp ma kellux tweġiba … daħak b’mod sarkastiku u staqsa lil Boehly biex isib ġurnata għal din il-logħba minħabba li fl-Istati Uniti l-players tal-basketball għandhom erba’ xhur mistrieħ.

Klopp sostna wkoll li Boehly imissu jistieden ukoll lil Harlem Globetrotters biex jgħaqqdu team u jilagħbu wkoll.   

Ekonomija

Sport