Statwa ta’ Christopher Columbus li tiddomina Boulevard ikoniku f’Mexico City se titneħħa. Minflok se ssir statwa li tonora nisa indiġeni.
Kienet is-Sindku Claudio Sheinbaum li ħabbret dan. Hi qalet li l-istatwa li tinsab f’Paseo de la Reforma, u li ħafna drabi l-protesti għal aktar drittijiet għal nies indiġeni isiru f’din il-parti, se titneħħa biex flokha isir mafkar għal nisa indiġeni. Hi ħabbret dan fl-aħħar sigħat hekk kif nhar il-Ħadd kien il-Jum iddedikat għan-Nisa Indiġeni.
Madwar l-istatwa spiss kienu jiġu miktuba għadd ta’ messaġġi. L-istatwa kienet tneħħiet is-sena li għaddiet biex tkun restawrata. L-istatwa issa se titpoġġa f’post inqas prominenti.