Monday, May 13, 2024

Eks suldat ma jħallix id-diżabbilità twaqqfu milli jikteb ktieb

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja ffinanzja parti mill-ispejjeż għall-pubblikazzjoni ta’ rumanz bl-isem ta’ “Is-Sigriet tas-Siġill” miktub minn Alfred Reale, eks Suldat li sitt snin ilu beda jitlef id-dawl. Il-qliegħ minn dan il-ktieb se jmur kollu għall-fondazzjoni Malta Guide Dogs Foundation biex tkun tista’ tipprovdi klieb gwida lil persuni għomja. Reale nnifsu bbenefika minn kelba gwida, Adel, li fi kliemu tipprovdilu mobilità kbira.

Fil-jiem li għaddew il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli ġiet preżentata b’kopja tar-rumanz mill-awtur innifsu. Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li Reale ħaqqu kull rikonoxximent għall-fatt li ma ħalliex id-diżabbilità tiegħu twaqqfu milli jipprattika d-delizzju tal-kitba u għandu jservi ta’ inkoraġġiment għal persuni oħrajn b’xi forma ta’ diżabilità biex ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu jipprattikaw kull forma ta’ talent li jista’ jkollhom. Il-Ministru Farrugia Portelli esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li l-Ministeru kien qiegħed jiffinanzja l-ħsieb u l-azzjoni ta’ Alfred Reale.

Għall-preżentazzjoni tal-ktieb lill-Ministru Farrugia attenda wkoll il-President tal-Malta Guide Dogs Foundation Joseph Stafrace.

Sport