Monday, May 20, 2024

Se titneħħa l-istatwa ta’ Christopher Columbus minn Boulevard ikoniku f’Mexico City

Aqra wkoll

Statwa ta’ Christopher Columbus li tiddomina Boulevard ikoniku f’Mexico City se titneħħa. Minflok se ssir statwa li tonora nisa indiġeni.

Kienet is-Sindku Claudio Sheinbaum li ħabbret dan. Hi qalet li l-istatwa li tinsab f’Paseo de la Reforma, u li ħafna drabi l-protesti għal aktar drittijiet għal nies indiġeni isiru f’din il-parti, se titneħħa biex flokha isir mafkar għal nisa indiġeni. Hi ħabbret dan fl-aħħar sigħat hekk kif nhar il-Ħadd kien il-Jum iddedikat għan-Nisa Indiġeni.

Madwar l-istatwa spiss kienu jiġu miktuba għadd ta’ messaġġi. L-istatwa kienet tneħħiet is-sena li għaddiet biex tkun restawrata. L-istatwa issa se titpoġġa f’post inqas prominenti.

Sport