Il-ġimgħa d-dieħla se jkun qed jitressaq quddiem il-Kabinett abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu wieħed se jkun qiegħed jara li min jagħmel użu minn e-kick scooter u li għandu liċenzja biex jagħmel użu minnha minn 16-il sena ‘l fuq ikollu l-helmet b’mod obbligatorju.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli Chris Bonett permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali. “Irridu immorru pass oltre biex naraw li s-sigurtà ninfurzawha. Din hi importanti immens biex naraw li kulħadd ikun aktar sigur li juża dawn il-mezzi alternattivi ta’ trasport, li nemmnu fihom. Imma naraw speċjalment it-tfal tagħna jkunu f’sigurtà meta jużaw dan it-tip ta transport,” qal il-Ministru Bonett.
Proprju t-Tlieta li għadda, tfajla ta’ 15-il sena kienet involuta f’inċident f’Ħaż-Żebbuġ. Jirriżulta li t-tfajla kienet qed issuq e-kick scooter, tilfet il-kontroll u nqalbet. Hija qed issofri minn ġrieħi serji.

