Friday, October 16, 2026
Home Sport Possibbiltá li Manchester City jistgħu jiġu mmultati £1 biljun flimkien ma’ sansjonijiet...

Possibbiltá li Manchester City jistgħu jiġu mmultati £1 biljun flimkien ma’ sansjonijiet oħra

0
56

Manchester City jistgħu jiffaċċjaw sanzjoni finanzjarja enormi b’rabta mal-akkużi ta’ ksur tar-regoli finanzjarji tal-Premier League. Il-każ jinvolvi allegazzjonijiet dwar ir-rappurtar finanzjarju, id-dħul mill-isponsors u l-obbligi ta’ informazzjoni tal-club matul diversi snin.

Il-club ġie dikjarat ħati minn kummissjoni indipendenti tal-akkużi kollha relatati ma’ ksur serju tar-regoli finanzjarji matul disa’ staġuni, mill-2009/10 sal-2017/18. Skont is-sejbiet, arranġamenti kummerċjali meqjusa fittizji għenu biex id-dħul jiġi minfuħ u l-ispejjeż imnaqqsa b’aktar minn £900 miljun. 

Manchester City ċaħdu l-akkużi u appellaw mis-sentenza, filwaqt li sostnew li d-deċiżjoni fiha żbalji legali u fattwali. Il-multa ta’ £1 biljun għadha mhijiex sanzjoni kkonfermata; il-piena finali għad trid tiġi deċiża, u jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll tnaqqis ta’ punti jew sanzjonijiet sportivi oħra. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here