Sunday, November 24, 2024

Se titwaqqaf Awtorità ffukata kontra t-tibdil fil-klima

Aqra wkoll

Waqt il-laqgħa tal-MCESD, li saret fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru ħabbar li se titwaqqaf Awtorità ffukata kontra t-tibdil fil-klima.

Dwar din l-Awtorità, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli sostniet li fl-aħħar xhur kienet bdiet ħidma fuq it-twaqqif ta’ Awtorità apposta għal azzjoni dwar it-tibdil fil-klima.

Qalet li fix-xhur li ġejjin se jitressaq Abbozz fil-Parlament għat-twaqqif ta’ Awtorità li l-għan prinċipali tagħha se jkun li jsir monitoraġġ ċentrali tal-impatt tal-attivitajiet differenti fuq it-tibdil fil-klima filwaqt li tiġbor flimkien l-azzjonijiet konkreti li l-pajjiż hemm bżonn jieħu.

Dwar dan, il-Ministru Dalli qalet li l-MCESD għandu rwol aktar importanti x’jikkontribwixxi.

Sport