Tuesday, December 24, 2024

Se tkun estiża l-iskeda tal-fast ferry mill-Erbgħa

Aqra wkoll

Il-Gvern ħabbar li minn nhar l-Erbgħa li ġej, se tkun estiża l-iskeda għas-servizz tal-fast ferry bejn il-gżejjer. Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri flimkien mal-Ministru għat-Trasport, l-Infastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia permezz ta’ kitba fuq Facebook. 

Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru Camilleri qal li s-servizz tal-Fast Ferry bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta llum huwa obbligu soċjali lejn Għawdex u r-residenti tal-gżira. Huwa rrimarka li sakemm jiġi deċiż il-PSO li tressaq quddiem il-Kummissjoni Ewropea u sabiex tali servizz ma jiqafx, il-Gvern se jkun qed joffri dan is-servizz bi skeda li hi intiża li taqdi primarjament lill-ħaddiema u studenti Għawdxin kif ukoll dawk kollha li ser ikunu qed jużaw dan is-servizz għal skop jew ieħor.

“Issa nħarsu ‘l quddiem għad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni Ewropea,” qal il-Ministru Camilleri.

Ekonomija

Sport