Saturday, May 4, 2024

Iwaqqfu tal-linja fil-Ħamrun u jarrestaw raġel b’rabta mas-serqa f’Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Ħamrun, ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat mill-pulizija b’rabta mas-serqa li seħħet il-Ġimgħa li għaddiet f’Ta’ Xbiex.

Kienu żewġ uffiċjali tal-pulizija, li waqt li kienu fuq ronda fil-Ħamrun, lemħu raġel jaqbel mad-deskrizzjoni talallegat ħalliel jirkeb karozza tal-linja.

Għaldaqstant, il-Pulizija waqfitha fl-inħawi ta’ Blata l-Bajda, arrestaw lir-raġel u ttieħed l-Għassa għal aktar stħarriġ. Huwa qed jinżamm taħt arrest u mistenni jitressaq il-Qorti filġranet li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Il-Ġimgħa: Raġel armat b’sikkina jisraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut f’Ta’ Xbiex

Il-Pulizija ntalbu jassistu f’serqa li seħħet iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-09:30 a.m., minn ħanut tal-logħob fi Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, mara ta’ 22 sena. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bi tfittxija għall-ħalliel.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport