Thursday, March 28, 2024

Seba’ pulizija oħra fil-Qorti b’rabta ma’ abbuż ta’ sahra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Komplew jitressqu fil-Qorti aktar uffiċjali tal-pulizija li kienu jaħdmu fis-sezzjoni tat-traffiku fejn wieġbu mhux ħatja għall-akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz. 

Fost il-pulizija li tressqu kien hemm Josmar Muscat ta’ 29 sena mis-Siġġiewi, Alexander Sellar ta’ 40 sena minnn Ħaż-Żebbuġ, Francis Zerafa ta’ 47 sena minn Marsaxlokk, Matthew Azzopardi minn Ħal Tarxien, Edwin Zammit ta’ 34 sena minn Birżebbuġa, Francis Sciberras ta’ 52 sena u Anthony Dimech ta’ 32 sena mill-Imġarr.

Huma qed jiġu mixlija li kisru ftehim li kien hemm ma’ Infrastracture Malta u Transport Malta fejn dawn l-entitajiet kienu qegħdin iħallsu lill-Korp biex jissuplixxi numru ta’ pulizija waqt proġetti infrastrutturali, l-aktar fejn jidħol il-fly-over tal-Marsa, biex ikun hemm aktar kontroll ta’ traffiku.

B’rabta mal-istess akkużi, l-ġimgħa li għaddiet tressqu l-eks Supretendent Walter Spiteri, li kien imexxi t-Taqsima tat-Traffiku, l-Ispetturi Nikolai Sant u Pierguido Saliba u s-Surġenti Clayton Frendo u Angelo Briffa li wkoll ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom. 

Ekonomija

Sport