Monday, November 11, 2024

Seba’ Sirjani b’akkużi relatati ma’ terroriżmu fosthom b’taħriġ t’użu ta’ splussiv

Aqra wkoll

Seba’ Sirjani li għandhom bejn il-21 u s-27 sena tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima b’diversi akkużi relatati ma’ terroriżmu.

L-akkużati huma Ajil Al Muhsen, Adnan Maashi, Yazan Abduklaziz, Ahmed Kadas, Khalil Al Mahmoud, Ahmed Ahmed u Mohammed Mohammed.

Il-Qorti semgħet kif ħamsa minnhom jirrisjedu l-Ħamrun, ieħor Tal-Pietà u ieħor Birkirkara.

Huma ġew akkużati li pprovokaw l-għemil ta’ attivitajiet terroristiċi b’messaġġi fil-pubbliku biex jinċitaw reat terroristiku u li rreklutaw jew ħajru persuni jwettqu atti terroristiċi. Huma kienu akkużati wkoll li ħarrġu persuna jew persuni jużaw l-isplussivi jew armi tan-nar.

Iż-żgħażagħ Sirjani kienu akkużati wkoll li ppruvaw jivvjaġġaw lejn l-Unjoni Ewropea biex jieħdu sehem f’attivitajiet terroristiċi.

Is-sebgħa li huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom.

L-akkużati kienu arrestati lbieraħ filgħodu f’ħidma bejn diversi taqsimiet tal-Pulizija. Fl-arrest kienu involuti wkoll entitajiet oħra fosthom l-Europol – l-aġenzija tal-UE responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet fil-pajjiżi membri.

Sport