Tuesday, May 14, 2024

Jammetti li hedded lill-eks mara minħabba inkwiet bejniethom

Aqra wkoll

Missier ta’ tlitt itfal li jinsab għaddej proċeduri ta’ separazzjoni minn ma’ martu tressaq il-Qorti fejn wieġeb ħati għall-akkużi li heddidha u taha fastidju.

Il-każ kellu l-bidu tiegħu wara li r-raġel, li għandu 51 sena u huwa residenti Marsaskala, tefa’ ritratt ta’ pistola ‘Glock’ fuq Facebook. 

Ir-raġel tressaq b’urġenza l-Ħadd mixli li kkawża lill-eks mara tiegħu u t-tfal tagħhom biża’ li se tintuża vjolenza kontrihom, u li insulentaha u heddidha b’apparat ta’ komunikazzjoni elettronika. 

Il-Qorti semgħet kif l-impuat kien involut f’inċident separat f’Lulju li għadda fejn kien darab lil martu b’mod ħafif fid-dar li kienu joqogħdu fiha. 

Fis-sottomissjonijiet dwar il-piena, l-Avukat Ishmael Psaila li deher għall-imputat, spjega li l-koppja kienu għaddejjin minn proċeduri ta’ separazzjoni u li dak li wettaq ir-raġel kien sforz il-weġgħat li kellu. 

Il-Maġistrat Astrid May Grima mistennija tagħti s-sentenza f’Mejju. Sadanittant, ir-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt depożitu ta’ €2,500.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Omar Zammit u Colin Sheldon.

Sport