“Illum il-birthday tal-ħajja, il-ġurnata misħuta li bidlet ħajti u l- ħajja tal-mahħbubin tiegħi u tal- ħbieb, 7 snin wara u għandni nistenna biex issir ġustizzja”. Iddikjara dan is-Surġent irtirat Simon Schembri fis-seba’ anniversarju mill-inċident ikrah li kważi swielu ħajtu.
Schembri kompla biex jirringrazzja lill-familja tiegħu u lil sħabu għas-sapport, iżda żied jinnota li wara tant snin minn dan l-inċident li ħallieh b’diżabbiltà permanenti, il-ġustizzja għadha ma saritx miegħu.
Min-naħa tagħha ‘Simon Schembri Blue Light Foundation’ qalet; “Seba’ snin ilu Simon Schembri ħareġ għax-xogħol biex jipproteġi lilna, u propju għalhekk għax wettaq xogħolu safa mtajjar u mkaxkar għal diversi metri, bil-konsegwenza li Simon minn persuna attiva u tarmi s-saħħa, spiccat persuna diżabbli u jiddependi minn ħaddiehor”
Hija saħansitra qalet li llum għalaq seba’ snin minn meta twieled mill-ġdid għax Alla kellu pjannijiet oħra għal Simon, fejn apparti li fil-kwiet jħin ħafna nies, waqqaf din l-Fondazzjoni għal haddiehor