Sunday, December 22, 2024

Seba’ xhur ħabs oħra għall-Koħħu talli gidem priġunier

Aqra wkoll

Vince Muscat, li bħalissa qed jiskont sentenza ta’ 15-il sena priġunerija għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kien ikkundannat sitt xhur ħabs oħra wara li nstab ħati li gidem priġunier ieħor.

Muscat, magħruf bħala “l-Koħħu”, kien inqabad fuq filmati tas-CCTV jiġġieled ma’ Keith Desmond Falzon, li jinsab il-ħabs fuq reati dwar drogi u pornografija tat-tfal.
Dettalji dwar il-filmat kif ukoll ix-xhieda ta’ tabib tal-ħabs, li ra marki tas-snien fuq id Falzon, ġew ippreżentati bħala prova f’seduta preċedenti b’rabta mal-inċident li seħħ fis-16 ta’ Novebru 2021. It-tabib tal-ħabs iddeskriva l-ġrieħi bħala ħfief.

La Muscat u lanqas Falzon ma qablu li jixhdu dwar dak li ġara meta nqalgħet il-ġlieda bejniethom fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Kienu l-uffiċjali korrettivi li kellhom jintervjenu biex iwaqqfu l-ġlieda.

Il-Maġistrat Nadine Lia, sabet lil Muscat ħati tal-akkużi u kkundannatu seba’ xhur ħabs, bl-avukat tiegħu jgħid li mistenni jressaq appell fuq din is-sentenza.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Paul Camilleri u Antonello Magri.

Ekonomija

Sport