Malta ospitat it-tellieqa inawugurali tal-Xterra European Tour fi tmiem il-ġimgħa fil-Park tal—Majjistral. Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet, kien hemm attivita kontinwa, hekk kif tliet avvenimenti ġew ospitati. Dawn kienu jinkulud it-triathlon internazzjonali tant mistennija li seħħet is-Sibt u li ospitat il-fuq minn 150 atleta minn 20 pajjiż. Il-Ħadd fuq 200 atleta ħadu sehem fi trail run ta’ 6 km, filwaqt li 100 tifel u tifla ġrew f’duathlon u trail running il-Ħadd filgħodu.
Xterra Triathlon laqgħet atleti professjonali u dilettanti li esperjenzaw is-sbuħija u l-wirt naturali ta’ Malta. Fil-Kategorija Elite, il-Belġjan Sebastian Carabin kien l-aktar atleta veloċi fit-taqsima tal-irġiel, filwaqt li l-Maltija Lara Buttigieg kienet l-ewwel atleta mara fil-kategorija Elite.
Kien hemm wirjiet oħra mill-aqwa minn atleti Maltin oħra li kienu jinkludu lil Josef Azzopardi u qabel ma nqalaw kumplikazzjonijiet fuq ir-rotta tar-rota, Danica Bonello Spiteri kienet qed tagħti prestazzjoni tajba ħafna..
Fil-kategorija Age Group, Adrien Dransart u Gaelle Leduc kienu l-aktar atleti veloċi fil-kategoriji tal-irġiel u nisa, rispettivament.
L-avveniment ospitat ukoll it-Triathlon Experience, immirata biex tattira triatleti b’inqas esperjenza fl-offroad triathlon. L-avveniment rat taħlita tajba ta’ triatleti internazzjonali u lokali jieħdu sehem. Rebbieħa ta’ dan l-avveniment kien Lilian Sicard, segwit mit-triatleta Malti Kai Azzopardi li kiseb it-tieni post.
L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lill-awtoritajiet u lill-kunsilli lokali kollha tal-appoġġ tagħhom, partikolarment lir-Red Cross, u lill-isponsors Visit Malta, Garmin, Intersport, & Cisk Excel għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Grazzi wkoll lil Nature Valley u The Cyclist talli appoġġjaw lill-atleti.
Ir-Riżultati jinstabu fuq din il-link – https://my.raceresult.com/194452/results
L-avvenimenti li jmiss XTERRA se jkunu Trail runs ospitati f’Għawdex u li se jsiru fis-7 ta’ Mejju f’Għajnsielem. L-atleti jistgħu jagħżlu minn distanzi ta’ 11km, 21km u 50km u li kollha se jsiru fl-istess ġurnata.
Ir-reġistrazzjonijiet huma miftuħa permezz ta’ din il-link – https://www.xterraplanet.com/gozo-trailrun