Saturday, December 21, 2024

Sebat itfal fi sptar f’Virginia wara li ħadu doża qawwija ta’ pilloli tal-irqad

Aqra wkoll

Sebat itfal minn Hopewell f’Virginia li għandhom inqas minn tmien snin ittieħdu l-isptar wara li kkunsmaw doża eċċessiva ta’ pilloli tal-irqad.

Il-pulizija meta marru d-dar sabu erbat itfal mitlufin minn sensihom imma li kienu għadu qed jieħdu n-nifs, u tlett itfal oħra li minkejja li kienu jinsabu f’sensihom urew nuqqas ta’ moviment.

Skont ma’ ġie rrappurtat mill-pulizija ma’ ġurnal barrani, ġie ddikjarat li omm wasslet lit-tliet uliedha d-dar u ħalliethom mat-tfal l-oħra mingħajr is-superviżjoni ta’ persuna adulta.

S’issa jidher li tifla/tifla ta’ 7 snin ta/tat il-pilloli lit-tfal l-oħra waqt li kienu jinsabu flimkien id-dar. 

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport