Monday, May 13, 2024

“Is-surveys insewhom… ħa nibqgħu nindirizzaw il-weġgħat tan-nies”

Aqra wkoll

“Is-surveys insewhom. L-uniku survey vera u reali huwa dak tas-26 ta’ Marzu”, sostna dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt diskors mill-Belt Valletta hekk kif llum jimmarka l-aħħar parti tal-kampanja elettorali.

Il-Prim Ministru kompla biex jagħmel distinzjoni bejn gvern Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Abela fakkar kif f’perjodu ta’ pandemija baqa’ man-nies u pproteġa l-impjiegi u l-ħajjiet.

Huwa qal li l-għażla hija bejn gvern serju u Partit Nazzjonalista li huwa maqsum u mifrud bejnu nnifsu.

Tkellem dwar il-proposti tal-Partit Laburista u qal li biex minn 1,000 proposta jinbidlu f’1,000 kisba jeħtieġ li n-nies joħorġu jivvutaw kmieni u wara jkomplu jikkonvinċu aktar nies biex jużaw il-vot tagħhom biex jagħmlu l-għażla għal Malta Flimkien u Futur Sabiħ.

Sport