Friday, April 26, 2024

Sebgħa minn kull 10 adulti Amerikani jqisu lil ommhom bħala l-ikbar ħabiba

Aqra wkoll

Sondaġġ li sar ġewwa l-Istati Uniti jgħid li seba’ minn kull għaxar Amerikani jqisu lill-omm­hom bħala l-ikbar ħabib tagħhom. Fis-sondaġġ, li sar fost 2,000 adult, ħareġ li tlieta minn kull ħamsa jemmnu li Jum l-Omm għandu jkun kuljum.

86% ta’ dawn intervistati qalu wkoll li l-ommijiet huma l-iktar persuni bieżla li jafu, filwaqt li 69% jaqblu li l-omminijiet ma jingħatawx mertu daqskemm jistħoqqilhom. Sebgħa minn kull għaxar Amerikani ddeskrivew lil ommhom bħala l-ikbar ħabib tagħhom, filwaqt li 63% ddeskrivew lil ommhom bħala supereroj li kapaċi taffaċċja kull sfida u tegħlibha. Is-sondaġġ sab ukoll li n-nefqa medja f’riġali f’jum l-omm ġewwa l-Istati Uniti hija ta’ $300.  

Filwaqt li dan huwa studju li sar ġewwa l-Istati Uniti, ma nkunux qed nispekulaw jekk ngħidu li l-imħabba lejn l-ommijiet hija waħda kbira madwar id-dinja kollha.

Sport