Friday, April 26, 2024

Sejba li tista’ tibdel l-Istorja kif nafuha

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Eġizzjani kienu jużaw proċess elaborat ta’ mumifikazzjoni elf sena qabel minn dak maħsub

Sejba interessanti ferm hija dik ta’ mumfikazzjoni b’metodi avvanzati li jmorru lura sa elf sena qabel mid-data maħsuba oriġinarjament mill-istoriċi. L-Eġizzjani fl-antik kienu jimmumifikaw lill-mejtin tagħhom u grazzi għal evidenza ġdida, għandu mnejn li jkun hemm bżonn korrezzjoni fil-kotba tal-Istorja.

Il-kadavru kkonservat ta’ nobbli bl-isem ta’ Khuwy, misjub fl-2019, huwa l-iskoperta ġdida u eċċitanti li l-istudjużi qegħdin jitkellmu dwarha. F’rapport fil-ġurnal “The Guardian” jingħad li din il-mummja Egizzjana hija waħda mill-eqdem li qatt instabet. Fl-analiżi din ġiet datata li tmur lura għall-perjodu tad-Dinastija l-Qadima u hija prova li t-teknika tal-mumifikazzjoni wżata 4,000 sena ilu, kienet ferm avvanzata.

Fl-istudji eestensivi li saru fuq din il-mummja nstab li l-proċess u l-materjali wżati f’din il-mummja kien wieħed sofistikat ħafna, proċess li l-istoriċi kienu ħasbu li beda jsir 1,000 sena wara. Il-Professur Salima Ikram, Kap tal-Eġiptoloġija fl-Università tal-Kajr u waħda mill-aqwa esperti tal-istorja tal-mumifikazzjoni, kellha intervista ma’ “Observer” fejn qalet li, “jekk din il-mummja hija effettivament ta’ żmien id-Dinastija l-Qadima, il-kotba kollha dwar il-mumifikazzjoni u dwar id-Dinastija l-Qadima, għandhom bżonn ikunu riveduti”.

Is-sejba ta’ din il-mummja seħħet f’qabar f’Saqqara u l-avveniment ixxandar fis-serje televiżiva tan-National Geographic, “Lost Treasures of Egypt”. L-investigazzjonijiet u l-analiżi biex jaraw il-perjodu li saret din il-mummja jixxandru wkoll fl-istess sensiela. 

Il-ġeroglifi fil-qabar li fiha nstabet din il-mummja juru li l-kadavru mmumifikat huwa fil-fatt ta’ Khuwy, membru ta’ familja rjali li għexet 4,000 sena ilu. 

Sport