Saturday, May 4, 2024

Sejba ta’ droga waqt spezzjoni tat-traffiku f’Bormla

Aqra wkoll

Matul il-lejla li għadda nstabet ammont ta’ droga minn membri mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit waqt spezzjonijiet tat-traffiku f’Bormla.

Kien għall-ħabta tal-11.00 p.m. li l-Pulizija nnutaw vettura tieqaf ftit ’il bogħod minnhom u l-persuni ta’ fiha jaġixxu b’mod suspettuż. Kif raw dan, il-Pulizija mxew lejn il-vettura iżda x-xufier saq ftit metri oħrajn u waqaf fejn il-Pulizija.

Minħabba l-movimenti ta’ ftit qabel, il-Pulizija ċċekkjaw il-post fejn waqfet primarjament il-il-vettura, fejn hemm instabu boroż b’sustanza suspettata droga.

Mas-sejba l-Pulizija ordnat lill-persuni kollha – erba’ rġiel u żewġ tfajliet u li l-età tvarja bejn is-16 u 23 sena – jinżlu mill-vettura sabiex issir tfittxija fuqhom u fil-vettura, fejn instab multi purpose tool f’basket ta’ ġuvni ta’ 16-il sena.

Il-Pulizija sabet ukoll li x-xufier ta’ 21 sena ma kellux liċenzja valida u l-polza tal-assigurazzjoni tal-vettura ma kinitx waħda valida għaliha.

Il-boroż bis-sustanza ttieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana fejn irriżulta li sustanzi kienu droga sintetika kokaina, kannabis, eroina u crack.

Dwar din is-sejba ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla u tal-RIU dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport