Monday, December 23, 2024

Sejħa ġdida għall-programm LEAD

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista ħabbar sejħa ġdida għall-programm LEAD, programm immirat biex ikompli jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u li joffri wkoll esperjenza unika għal dawk li huma mħajjrin jagħmlu l-ewwel pass fil-karriera politika.

Dan se jkun is-seba’ grupp tal-programm LEAD. FL-ewwel sitt sejħiet, LEAD ġibed lejn il-Partit Laburista għexieren ta’ persuni bi sfond, ħiliet u ħsibijiet differenti. L-ikbar xhieda ta’ dan kienu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-2019 fejn 80% tal-parteċipanti li kkontestaw għal dawn l-elezzjonijiet ġew eletti.

Il-koordinatur tal-programm LEAD u l-moħħ wara dan il-programm, Miriam Dalli spjegat kif tinsab konvinta li hemm nisa hemm barra spirati mis-suċċess ta’ dawk in-nisa li kienu diġa’ parti minn dan il-programm

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Daniel Micallef spjega kif is-sabiħ ta’ dan il-programm huwa li tara lil kulħadd jiġi flimkien. Ħafna nisa qed jirrealizzaw li l-Partit Laburista qed jiftaħ il-bibien għal kulħadd. Partit li qed jiġġedded u jirriforma ruħu. LEAD jixtieq li jara aktar nisa li jkunu parti mit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Il-politika qegħda hemm biex tbiddel il-ħajjiet tan-nies bil-politika li twettaq. Il-programm LEAD huwa opportunita’ oħra ta’ tiġdid u pass importanti biex in-nisa jkunu fuq quddiem nett għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

L-applikazzjonijiet ta’ LEAD jitniżżlu minfuq www.partitlaburista.org/lead u għandhom miftuħa sat-22 ta’ Ottubru 2022.

Ekonomija

Sport