Wednesday, April 24, 2024

Arsenal jirbħu d-Derby ta’ Londra

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Arsenal saħħew l-ewwel post tal-klassifika meta rebħu d-Derby ta’ Londra billi għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor ta’ 3-1. 

Il-Gunners fetħu l-iskor b’xutt ta’ Thomas Partey (20) minn  barra l-kaxxa iżda Spurs kisbu d-draw minn penalty ta’ Harry Kane (31). 

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Gabriel Jesus reġa’ xeħet lil Arsenal fil-vantaġġ. Imbagħad Tottenham spiċċaw jilagħbu b’għaxar players meta tkeċċa Emerson (62) għal foul professjonali fuq Gabriel Martinelli. 

Fit-67 minuta, Arsenal issiġillaw ir-rebħa b’xutt angolat ta’ Granit Xhaka. 

a.

Sport