Thursday, April 18, 2024

Sejħa ġdida għall-programm LEAD

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista ħabbar sejħa ġdida għall-programm LEAD, bil-ħsieb li  jkompli jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard flimkien mal-koordinatur tal-programm LEAD, Miriam Dalli tkellmu dwar il-ħtieġa ta’ vuċi aktar b’saħħitha tal-mara fis-soċjetà u kif il-Partit Laburista  se jibqa’ jkun katalista bħalma kien fil-passat għal dan.

Miriam Dalli spjegat kif “LEAD huwa opportunita’ għal dawk it-tfajliet u nisa akbar fl-eta’ biex ikunu parteċipi fil-politika. Is-sabiħ ta’ dan il-programm huwa li tara lil kulħadd jiġi flimkien… Ħafna nisa qed jirrealizzaw li l-Partit Laburista qed jiftaħ il-bibien lil kulħadd. Partit li qed jiġġedded u jirriforma ruħu. LEAD jixtieq li jara aktar nisa li jkunu parti mit-teħid tad-deċiżjonijiet.”

Ramona Attard saħqet kif “il-politika qegħda hemm biex tbiddel il-ħajjiet tan-nies bil-politika li twettaq. Il-programm LEAD huwa opportunita’ oħra ta’ tiġdid u pass importanti biex in-nisa jkunu fuq quddiem nett għat-teħid tad-deċiżjonijiet.”

L-applikazzjonijiet ta’ LEAD jitniżżlu minn fuq www.partitlaburista.org/leadu għandhom miftuħa sas-6 ta’ Novembru 2021.

Ekonomija

Sport