Monday, April 22, 2024

Minkejja d-diżabbilità tibqa’ hemm għal ħaddieħor… Raisa Falzon tiċċelebra għeluq sninha

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Tfajla kuraġġuża, mimlija enerġija u li moħħha biex tara tbissima fuq ħaddieħor”. Hekk iddeskrivewha ħafna minn dawk li llum awguraw lil Raisa Falzon f’għeluq sninha.

Raisa Falzon, fl-età ta’ 25 sena hija mudell ta’ kuraġġ kontra t-tbatijiet tal-ħajja għal bosta persuni fuq il-midja soċjali fejn minkejja kull ostaklu dejjem tara kif tibqa’ xxerred l-imħabba fuq il-pjattaformi ta’ Facebook u TikTok fost l-oħrajn.

It-tfajla kienet spiċċat fuq il-mezzi tax-xandir lura fl-2013 meta kienet spiċċat f’koma kawża ta’ emoralġija fil-moħħ u minn hemm inħolqu sa paġni b’messaġġi ta’ talb, kuraġġ u tama minn ħbieb tat-tfajla li kienu qegħdin isegwu mill-qrib il-kundizzjoni ta’ saħħitha. It-tfajla baqgħet soda u rnexxielha toħroġ mill-koma wara 9 xhur sħaħ ta’ attenzjoni medika. 

Iżda x’aktarx l-imħabba tan-nies lejha kompliet tikber hekk kif wara dan l-episodju, hija bdiet tirkupra saħħitha bil-mod u mal-ewwel opportunità bdiet ixxerred messaġġi ta’ tama lil dawk li għaddejjin minn żminijiet diffiċli anke minħabba l-fatt li biex tifhem it-tbatijiet ta’ persuni oħra l-ewwel trid tkun ġarrabt int.

Sfortunatament it-tfajla mhux l-ewwel darba li sfat vittma ta’ kummenti ta’ mibegħda, b’mod speċjali dawk relatati mad-diżabbilità tagħha u kien hemm żmien fejn esprimiet il-weġgħat tagħha, iżda ċertament li s-sapport li għandha fuq il-midja wassal biex hi tibqa’ tkun ta’ spalla għal ħaddieħor.

Sport