Saturday, May 4, 2024

Parteċipazzjoni fil-European Snooker Championships 2021 ġewwa l-Portugal

Aqra wkoll

Kontinġent ta` seba’ players immexija mill-President tal-Malta Billiards and Snooker Association Ivan Brincat ħadu sehem fil-Kampjonati Ewropej ta` l-Isnooker li saru il-Portugal. 

Bla dubju l-aħjar riżultat kisbuh il-koppja Duncan Bezzina u Philip Ciantar li fil-kompetizzjoni tat-timijiet kategorija Seniors waslu sal-finali.  Il-koppja Maltija rebħu l-grupp tagħhom biex fil-kwarti tal-finali rebħu kontra l-Ingilterra 4-1, wara rebħu s-semi-finali kontra l-Iskozja 4-0 pero tilfu l-finali kontra l-Irlanda 5-3.

Fil-kompetizzjoni individwali Philip Ciantar ikkwalifika mal-aħħar 64  bħala t-tieni fil-grupp iżda wara ġie eliminat  minn Ben Mertens tal-Belġju 4-1.  Aaron Busuttil kellhu bidu eċċelenti u rebaħ il-grupp ta` kwalifikazzjoni pero sfortunatament tilfef kontra Ben Fortey ta Wales 4-1 fl-aħħar 64.  Brian Cini min-naħa tiegħu kiseb l-aħjar pożizzjoni.  Għalkemm ikkwalifika it-tieni fil-grupp tiegħu, fir-rawnd tal-aħħar 64 rebaħ kontra Declan Lavery tal-Irlanda ta` fuq. Fir-rawnd ta’ wara rebaħ kontra Brian Ochoiski ta` Franza 4-2, pero meta wasal mal-aħħar 16 tilef kontra Shaun O’Sullivan tal-Ingilterra 4-1.  Chris Peplow u Joseph Casha ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi.

Fil-kompetizzjoni Seniors, ‘l fuq minn 40 sena, Ivan Attard, Philip Ciantar u Duncan Bezzina ikklwalifikaw mil-fażi tal-gruppi.  Attard wara li rebaħ kontra l-Ġermaniz Frank Schroeder 3-1 ġie eliminat mill-Irlandiz Frank Sarsfield 4-2 fil-fażi tal-aħħar 16.  Ciantar u Bezzina kienu pass ‘l bogħod mis-semifinali.  Ciantar rebaħ kontra l-Olandiż Joris Maas 3-2,  rebaħ kontra l-Iskoċċiz Lee Mcallister 4-3, pero ġie eliminat mill-Ingliż David Brown 4-1.  Duncan Bezzina rebaħ kontra Richard Emery tal-Ingilterra 3-2,  kontra l-Irlandiż Mark Tuite 4-3 pero fil-kwartifinali tilef kontra l-Ingliż Wayne Brown 4-3 fejn fil-frame deċiżiv,  il-logħba ġiet deċiża fuq black to win. Sfortunatament Bezzina ippotja l-boċċa s-sewda u mar telfa bil-boċċa l-bajda. B’hekk tilef il-logħba.

Fil-kompetizzjonijiet tat-timijiet kategorija Open, Team Malta 1 kompost minn Brian Cini u Aaaron Busuttil  rebħu l-grupp tagħhom pero tilfu fil-kwartifinali kontra l-Belġju 4-2 . 

Sport